AveMaria_Garage

L-IŻVILUPP TAS-SWATAR

Fis-snin 70 beda l-iżvilupp fl-inħawi tas-Swatar. Ingħataw xi plots u bdew jinbnew id-djar. Fl-1979 Ġużeppi Fenech xdtara xi art fl-inħawi tal-Qattus, u ġie joqgħod hawn flimkien mal-familja tiegħu. B’hekk beda l-iżvilupp tal-bini li għadu sejjer sal-lum.

Il-Parroċċa ta’ Santa Elena ħasbet biex tibda ssir quddiesa kull nhar ta’ Ħadd u kull nhar ta’ Tlieta. Din kienet issir fil-garaxx ta’ Tony u Lucy Falzon, ‘Ave Maria’ Triq Olaf Gollcher B’Kara.

L-istess Ġużeppi Fenech, ta dar lis-Soċjeta’ tal-MUSEUM biex fiha jgħallmu d-duttrina. Illum dan hu l-Mużew tal-Bniet li hemm fi Triq Ġanni Vella. Meta n-nies bdew jiżdiedu, bdiet issir quddiesa fil-Mużew tal-Bniet min Fr. Joe Bugeja

Fl-1987 il-Prepostu ta’ Birkirkara, Dun Anton Vella, ħatar kumitat biex jieħu ħsieb il-bżonnijiet pastorali ta’ din il-komunita’ l-ġdida. Dak iż-żmien, kienu jiġu jqaddsu diversi saċerdoti mill-Parroċċa ta’ Santa’ Elena u saċerdoti oħrajn mill-Imsida li kienu joffru li jagħtu dan is-servizz ukoll .

Tags: No tags

Comments are closed.