Fis-sena 2004 tlesta l-bini kollu u l-knisja bdiet tintuża. Il-ħidma pastorali kienet f’idejn il-Kan. Dun Karm Busuttil, li kien ir-rettur u kellu wkoll miegħu lil Mons. Tarcisio Delicata. Minn dak inhar il-ħidma pastorali baqgħet dejjem tikber mod speċjali maż-żgħażagħ u t-tfal.