DunKarmPir

KAN. DUN KARM PIROTTA

Il-Kan. Dun Karm Pirotta kien ilu bix-xewqa li fuq art li kellu hu fiż-żona tal-Qattus tinbena knisja. Meta sar jaf bil-bżonn ta’ knisja għall-inħawi tas-Swatar, huwa biegħ biċċa art li kellu u ta l-flus sabiex tinbena l-knisja kif nafuha llum.

Hekk il-Kan. Pirotta u l-familjari tiegħu li mxew fuq il-passi tiegħu saru l-benefatturi li għamlu possibli l-ħolma li fis-Swatar ikun hawn knisja u ċentru fejn il-komunita’ tista’ tiltaqa’.

Quddies_Dar

QUDDIES KULJUM FIS-SWATAR

Fil-bidu tas-snin disgħin, il-Kan. Dun Karm Busuttil intbgħat mill-Kapitlu ta’ Birkirkara biex fuq bażi regolari jqaddes u jkun responsabbli għax-xogħol pastorali tal-inħawi tas-Swatar.

Il-Kan. Dun Karm Busuttil kien iqaddes nhar ta’ Ħadd fil-Museum tal-bniet, għand il-familja Falzon u ‘l quddiem għand Joe u Gina Degabriele f’16 1, ‘San Ġużepp’ Triq Indri Grima, Msida. Bdiet issir ukoll quddiesa kuljum fil-Museum tal-Bniet.

Il-Kan. Dun Karm Busuttil flimkien mal-kumitat bdew jaħsbu sabiex tinbena kappella u ċentru li jaqdu aħjar il-ħtiġijiet pastorali tal-Komunita’ tas-Swatar.

AveMaria_Garage

L-IŻVILUPP TAS-SWATAR

Fis-snin 70 beda l-iżvilupp fl-inħawi tas-Swatar. Ingħataw xi plots u bdew jinbnew id-djar. Fl-1979 Ġużeppi Fenech xdtara xi art fl-inħawi tal-Qattus, u ġie joqgħod hawn flimkien mal-familja tiegħu. B’hekk beda l-iżvilupp tal-bini li għadu sejjer sal-lum.

Il-Parroċċa ta’ Santa Elena ħasbet biex tibda ssir quddiesa kull nhar ta’ Ħadd u kull nhar ta’ Tlieta. Din kienet issir fil-garaxx ta’ Tony u Lucy Falzon, ‘Ave Maria’ Triq Olaf Gollcher B’Kara.

L-istess Ġużeppi Fenech, ta dar lis-Soċjeta’ tal-MUSEUM biex fiha jgħallmu d-duttrina. Illum dan hu l-Mużew tal-Bniet li hemm fi Triq Ġanni Vella. Meta n-nies bdew jiżdiedu, bdiet issir quddiesa fil-Mużew tal-Bniet min Fr. Joe Bugeja

Fl-1987 il-Prepostu ta’ Birkirkara, Dun Anton Vella, ħatar kumitat biex jieħu ħsieb il-bżonnijiet pastorali ta’ din il-komunita’ l-ġdida. Dak iż-żmien, kienu jiġu jqaddsu diversi saċerdoti mill-Parroċċa ta’ Santa’ Elena u saċerdoti oħrajn mill-Imsida li kienu joffru li jagħtu dan is-servizz ukoll .