RetturGdid-1

RETTUR ĠDID – ŻONA AWTONOMA

F’April tal-2005, Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca ħatar lil Dun Gordon Refalo bħala rettur ġdid tal-knisja tas-Swatar. Fit-3 ta’ Diċembru 2006, is-Swatar inqatgħet mill-Parroċċa ta’ Sant’Elena u b’hekk saret żona indipendenti. Twaqqaf il-kunsill Pastorali Parrokkjali biex jgħin lis-saċerdoti fil-ħidma taż-żona. Bdew isiru l-Magħmudijiet, l-Ewwel Tqarbina, l-Griżma tal-Isqof u anke l-funerali. Fis-Sena 2006 saru għall-ewwel darba l-purċissjoni tad-Duluri u ta’ Corpus Christi.

BiniKnisja_Attwali-8

IL-BINI TAL-KNISJA ATTWALI

Fis-sena 2004 tlesta l-bini kollu u l-knisja bdiet tintuża. Il-ħidma pastorali kienet f’idejn il-Kan. Dun Karm Busuttil, li kien ir-rettur u kellu wkoll miegħu lil Mons. Tarcisio Delicata. Minn dak inhar il-ħidma pastorali baqgħet dejjem tikber mod speċjali maż-żgħażagħ u t-tfal.