ordni3

Ordinazzjoni Djakonali ta’ iben il-Parroċċa tas-Swatar.

Il-Bieraħ il-Parroċċa tagħna kellha ferħa doppja; bħala Knisja għax żdied djaknu ieħor; bħala Parroċċa għax hija l-ewwel Ordinazzjoni ta’ persuna mill-Parroċċa tas-Swatar. Nixtiequ nawguraw lil P. Robert Calleja OFM Konv. Ii ġie ordnat Djaknu minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Burmarrad. P. Robert huwa l-ewwel vokazzjoni liĦarget mill-Parroċċa tas-Swatar. Nitolbu għalih biex jaqdi l-ministeru tiegħu kif jogħġob lil Ġesu’. Nitolbu wkoll bl-interċessjoni ta’ San Ġorġ Preca sabiex ikun hawn aktar vokazzjonijiet saċerdotali mill-Parroċċa tas-Swatar.Ad Multos Annos.Ħajr lil Fr. Martin Micallef għar-ritratti.

frAnthony

MERĦBA FR ANTHONY


Nilqgħu fostna lil Fr Anthony Fitzpatrick li mil-lum ingħaqad mal-Presbiterju tal-Parroċċa tagħna. Fr Anthony se jkompli jaqdi wkoll il-ministeru saċerdotali tiegħu bħala Direttur Spiritwali fl-Iskola ta’ Stella Maris il-Gżira. Nitolbu għalih u nawgurawlu ħidma fejjieda fil-għalqa tal-Mulej fi ħdan il-Parroċċa tas-Swatar. Ad Multos Annos.