Il-Kan. Dun Karm Pirotta kien ilu bix-xewqa li fuq art li kellu hu fiż-żona tal-Qattus tinbena knisja. Meta sar jaf bil-bżonn ta’ knisja għall-inħawi tas-Swatar, huwa biegħ biċċa art li kellu u ta l-flus sabiex tinbena l-knisja kif nafuha llum.
Hekk il-Kan. Pirotta u l-familjari tiegħu li mxew fuq il-passi tiegħu saru l-benefatturi li għamlu possibli l-ħolma li fis-Swatar ikun hawn knisja u ċentru fejn il-komunita’ tista’ tiltaqa’.
Fil-bidu tas-snin disgħin, il-Kan. Dun Karm Busuttil intbgħat mill-Kapitlu ta’ Birkirkara biex fuq bażi regolari jqaddes u jkun responsabbli għax-xogħol pastorali tal-inħawi tas-Swatar.
Il-Kan. Dun Karm Busuttil kien iqaddes nhar ta’ Ħadd fil-Museum tal-bniet, għand il-familja Falzon u ‘l quddiem għand Joe u Gina Degabriele f’16 1, ‘San Ġużepp’ Triq Indri Grima, Msida. Bdiet issir ukoll quddiesa kuljum fil-Museum tal-Bniet.
Il-Kan. Dun Karm Busuttil flimkien mal-kumitat bdew jaħsbu sabiex tinbena kappella u ċentru li jaqdu aħjar il-ħtiġijiet pastorali tal-Komunita’ tas-Swatar.
Fis-snin 70 beda l-iżvilupp fl-inħawi tas-Swatar. Ingħataw xi plots u bdew jinbnew id-djar. Fl-1979 Ġużeppi Fenech xdtara xi art fl-inħawi tal-Qattus, u ġie joqgħod hawn flimkien mal-familja tiegħu. B’hekk beda l-iżvilupp tal-bini li għadu sejjer sal-lum.
Il-Parroċċa ta’ Santa Elena ħasbet biex tibda ssir quddiesa kull nhar ta’ Ħadd u kull nhar ta’ Tlieta. Din kienet issir fil-garaxx ta’ Tony u Lucy Falzon, ‘Ave Maria’ Triq Olaf Gollcher B’Kara.
L-istess Ġużeppi Fenech, ta dar lis-Soċjeta’ tal-MUSEUM biex fiha jgħallmu d-duttrina. Illum dan hu l-Mużew tal-Bniet li hemm fi Triq Ġanni Vella. Meta n-nies bdew jiżdiedu, bdiet issir quddiesa fil-Mużew tal-Bniet min Fr. Joe Bugeja
Fl-1987 il-Prepostu ta’ Birkirkara, Dun Anton Vella, ħatar kumitat biex jieħu ħsieb il-bżonnijiet pastorali ta’ din il-komunita’ l-ġdida. Dak iż-żmien, kienu jiġu jqaddsu diversi saċerdoti mill-Parroċċa ta’ Santa’ Elena u saċerdoti oħrajn mill-Imsida li kienu joffru li jagħtu dan is-servizz ukoll .
Il-Bieraħ il-Parroċċa tagħna kellha ferħa doppja; bħala Knisja għax żdied djaknu ieħor; bħala Parroċċa għax hija l-ewwel Ordinazzjoni ta’ persuna mill-Parroċċa tas-Swatar. Nixtiequ nawguraw lil P. Robert Calleja OFM Konv. Ii ġie ordnat Djaknu minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Burmarrad. P. Robert huwa l-ewwel vokazzjoni liĦarget mill-Parroċċa tas-Swatar. Nitolbu għalih biex jaqdi l-ministeru tiegħu kif jogħġob lil Ġesu’. Nitolbu wkoll bl-interċessjoni ta’ San Ġorġ Preca sabiex ikun hawn aktar vokazzjonijiet saċerdotali mill-Parroċċa tas-Swatar.Ad Multos Annos.Ħajr lil Fr. Martin Micallef għar-ritratti.
Nilqgħu fostna lil Fr Anthony Fitzpatrick li mil-lum ingħaqad mal-Presbiterju tal-Parroċċa tagħna. Fr Anthony se jkompli jaqdi wkoll il-ministeru saċerdotali tiegħu bħala Direttur Spiritwali fl-Iskola ta’ Stella Maris il-Gżira. Nitolbu għalih u nawgurawlu ħidma fejjieda fil-għalqa tal-Mulej fi ħdan il-Parroċċa tas-Swatar. Ad Multos Annos.
1. Museum tas-subien: Il-Museum tas-subien javża li se ssir premjazzjoni ta’ bambini u presepji lit-tfal subien kollha li skola qegħdin fil-years 6 u 7. Din se ssir nhar il-Ħadd 12 ta’ Diċembru fil-5.30pm fl-Iskola St. Michael u għaliha huma mistiedna l-ġenituri. Infakkru li dawn il-premjijiet jinħadmu mis-soċji infushom matul is-sena u tajjeb napprezzaw ix-xogħol li jsir b’ħafna sagrifiċċju imma bil-qalb.
2. Grupp għall-Adoloxxenti: Infakkru li kull nhar ta’ Sibt filgħodu qed jiltaqgħa Grupp taż-żgħażagħ u Adoloxxenti bejn it-12 u l-15–il sena. Dawk li jixtiequ jattendu jistgħu ikellmuni wara l-quddiesa jew jiġu nhar is-Sibt għall-quddiesa tad-9.00am.3.Xogħol fil-knisja: Tlesta t-tibjid tal-altar, issa minn hawn u ftit ieħor jiżżejjen għall-Milied. Wara l-Milied ikompli ix-xogħol fuq l-altar.