F’April tal-2005, Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca ħatar lil Dun Gordon Refalo bħala rettur ġdid tal-knisja tas-Swatar. Fit-3 ta’ Diċembru 2006, is-Swatar inqatgħet mill-Parroċċa ta’ Sant’Elena u b’hekk saret żona indipendenti. Twaqqaf il-kunsill Pastorali Parrokkjali biex jgħin lis-saċerdoti fil-ħidma taż-żona. Bdew isiru l-Magħmudijiet, l-Ewwel Tqarbina, l-Griżma tal-Isqof u anke l-funerali. Fis-Sena 2006 saru għall-ewwel darba l-purċissjoni tad-Duluri u ta’ Corpus Christi.